Rebbiegħa Ġdida

Tghanniq u Bews

June 14, 2008 · 2 Comments

Wara gimgha shiha nghannaq, inbus, niehu b’idejn in-nies, intaptap fuq dahar Zepp u Grezz u Cetta ta’ Dumink u xeneggati ohrajn minn dawn (fosthom wirja eccezzjonali fuq ix-Xarabank ta’ Peppi tal-pipa u intervista groundbreaking ma’ Bondi tac-cingi)  kelli qisha nostalgija ghall-anonimita’ li toffri dil-belt. Qed nghid ghall-Brussell s’intendi.   

L-ewwel haga li ghamilt cempilt lil Zitka. Tiftakruha hux hekk? Tantx tghiru. Luck of the draw m’hemmx x’taghmel. U tiskanta dat-tfajliet barranin ma jisthux jghidulek xi jkunu qed ihossu. U ghandhom vizjoni kemmxejn aktar ‘multidimensional’ tal-hajja minn – nghidu ahna…ara ahjar ma nsemmi lil hadd ghax iduru ghalija f’kemm ili nghidlek il-paladini tal-buon gusto a la maltaise.   

Qaltli, “Sigmund, I will make love you tonight because you’re a cheeky little bastard and admire your ambition. But permit me to say something which may sound cruel. I watched all the Youtube clips you sent me. I couldn’t understand a word apart from ‘Sigmund Sigmund’. But fuck was it a kitschfest, darling. Now come and show your Zitka what a good boy you are.”

Nghidilkom il-verita’ hasditni imma kont imxennaq ghal naqra taqlib u m’ghidt xejn.

L-ghada gieghlitni naqra silta bil-Franciz mit-tezi li qed thejji ghall-Masters Degree en Sciences Politiques mill-Universita’ ta’ Toulouse.

“Le mot kitsch désigne l’attitude de celui qui veut plaire à tout prix et au plus grand nombre. Pour plaire, il faut confirmer ce que tout le monde veut entendre, être au service des idées reçues. Le kitsch, c’est la traduction de la bêtise des idées reçues dans le langage de la beauté et de l’émotion… Vu la nécessité impérative de plaire et de gagner ainsi l’attention du plus grand nombre, l’esthétique des mass media est inévitablement celle du kitsch, et au fur et à mesure que les mass media embrassent et infiltrent toute notre vie, le kitsch devient notre esthétique et notre morale quotidienne”.

Ajma din Zitka ukoll.

Categories: Uncategorized

2 responses so far ↓

  • Nikita Stradkqvizqpka // June 17, 2008 at 4:39 pm | Reply

    You funny little man

  • Zizzu // June 18, 2008 at 2:04 pm | Reply

    … u naqra dis-silta li allegatament kitbet Zitka inkompi nikkonferma t-teorija tieghi fuq kemm ahna l-Maltin nghixu ghall-kitsch. Mela kieku ma konniex bil-kultura tal-kitsch, lil ta’ Xarabank inhalluh jaghmel dak il-programm u, biex tghaxxaq, inhalluh isejjahlu GURNALIZMU INVESTIGATTIV?!
    (Kieku jien, meta kien jintrabat ma’ Kastilja kont inholl lil kulhadd u nhalli lilu biss marbut halli zgur ma jilhaqx jasal fl-istudio u jaghmel ix-show)
    Imma, minhabba li ahna kitsch u niehdu pjacir inkunu f’nofs gemgha ta’ nies li jahsbuha bhalna, u noghxew meta nsibu lil xi hadd li jtella’ l-iktar 4 nies injuranti fil-qasam taghhom u jhallihom jitkellmu dwar dak li ma jafux – ghax tinsiex: kulhadd huwa intitolat ghal opinjoni u kulhadd ikollu jisma’ l-opinjoni ta’ kulhadd bil-fors , anki jekk ma jkunx jifhem fil-pudini.
    U l-punt l-iehor li daqqli kien fejn qalet li l-kitsch huwa, tista’ tghid, distillazzjoni tal-kretinati u d-digressjonijiet ghax nifhmu hazin is-sbuhija u l-emozjonijet. VIVA L-FACCATI ROZA.
    Dott, tghid nirduppjawha d-doza?

Leave a Comment